Il-kantanta Cherton Caruana għadha kif ħabbret fuq il-profil tagħha aħbar mill-isbaħ li ħadd ma kien qed jistenna!
“Nħossni kburija u kuntenta li nara lill-familja tiegħi tikber bl-istennija tat-tieni tarbija tagħna”. Cherton għadha kif ħabbret li ser terġa’ ssir omm għat-tieni darba! Cherton diġa għandha lil bintha Ivy u fil-fatt tinsab ħerqana biex taraha tieħu ħsieb oħtha l-ġdida!
“Ninsabu tassew eċitati u ma niflaħx nistenna biex nara lil Ivy kemm hi kapaċi tkun oħt tal-ġenn!”.
Minn qalbna nawguraw lil Chertonu lill-familja kollha l-isbaħ xewqat! Ferħanin immens għaliha!