“Kuntratturi Kienu Fuq Is-Sit Bit-Twaħħil Ta’ ‘Bollards’ f’Għajn Tuffieħa/ Triq Il-Wilġa.” – Is-Sindku Tal-Mellieħa Gabriel Micallef

Is-Sindku tal-Mellieħa kmieni dalgħodu kiteb, “Kmieni dalgħodu l-kuntratturi kienu fuq is-sit bit-twaħħil ta’ ‘bollards’ f’Għajn Tuffieħa/ Triq il-Wilġa.”

Hu jkompli, “Fl-aħħar jiem irċivejna ilmenti ta’ diffikultajiet u potenzjalment perikli minn filmati li ġew provduti. Konna nonqsu li kieku ma ressaqnix dan kollu. Ippreżentajnihom lill-entitajiet responsabbli, kif inhu mitlub.”

Hu temm jgħid, “Nirringrazzja l-IM u t-TM tal-azzjoni mmedjata. Ikkonfermajt mal-kuntrattur li għandhom jsiru anke tabelli. Il-ħidma tkompli.”





Facebook / Gabriel Micallef



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI