Kważi Kwart Tal-Poplu Malti Għandu L-Vizzju Tat-Tipjip, L-Istatistika Turi

Statistika li rrefera għaliha l-Parlament Ewropew ftit jiem ilu turi li 22% tal-popolazzjoni Maltija għandha l-vizzju tat-tipjip. Dan ifisser li fost il-popli li huma parti mill-Unjoni Ewropea, il-poplu Malti la huwa fost l-inqas u lanqas huwa fost l-iżjed li jpejjep.

Jirriżulta li l-Iżvezja għandha l-iċken porzjon tal-poplu tagħha li għandu l-vizzju tat-tipjip, hekk kif l-istudju wera li huwa biss 8% tal-poplu Żvediż li jpejjep.

Min-naħa ‘l oħra, skont din l-istatistika, huwa l-poplu Bulgaru li għandu l-ikbar għadd ta’ persuni bil-vizzju tat-tipjip, bl-istatistika fil-fatt issib li 37% minnu jpejjep b’mod regolari.

Intom x’taħsbu dwar dawn iċ-ċifri?







Ritratti:

Pexels u Instagram / @europeanparliament

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI