L-Aġenzija Identità Tirċievi T-Tielet Quality Award!

L-Aġenzija Identità ġiet rikonoxxuta bit-tielet Quality Award tas-Servizz Pubbliku. Dan il-Quality Award ingħata lir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, għas-servizz ta’ kwalità eċċellenti li jagħti.

Il-Quality Award huwa rikonoxximent prestiġġjuż li jingħata lil entitajiet pubbliċi u dipartimenti tal-gvern li wrew livelli eċċezzjonali fit-twassil ta’ servizz u impenn għal standards ta’ kwalità u governanza. Il-Quality Award jingħata wara proċess twil ta’ skrutinju fuq id-dipartiment rispettiv. Matul dan il-proċess id-Dipartiment jiġi assessjat fuq il-kwalità tas-servizz li joffri u l-effiċjenza fl-għoti tas-servizzi.





Dan huwa t-tielet Quality Award li l-Aġenzija Identità kisbet fi żmien sentejn. Fl-2023 it-Taqsima tal-Karta tal-Identità u l-Uffiċċju tal-Passaporti kienu rikonoxxuti bi Quality Award kull wieħed. Mhux biss, iżda l-eżerċizzji tal-Mystery Shopper li jsiru minn żmien għal żmien, ikkonfermaw li ż-żewġ dipartimenti għadhom jagħtu servizz ta’ kwalità eċċellenti u għaldaqstant għadhom iżommu dawn l-unuri.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Identità s-Sur Steve Agius irrikonoxxa l-impenn tal-ħaddiema, u rringrazzjahom għax-xogħol fejjiedi u d-dedikazzjoni tagħhom.  

“Ninsabu tassew onorati li qed nirċievu dan it-tielet Quality Award tas-Servizz Pubbliku. Dan ir-rikonoxximent huwa kisba oħra mportanti għall-aġenzija, li jikkonferma kemm Identità tpoġġi lill-klijent u l-ħtiġijiet tiegħu fuq nett tal-priorità, filwaqt li tesiġi li s-servizzi kollha mogħtija minnha jkunu tal-aqwa livell, siguri u effiċjenti.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI