Jidher li għal dawn l-aħħar sentejn il-proverbju “Frar ifawwar il-bjar” ma tantx baqa’ jgħodd. Il-paġna tat-temp It-Temp Madwarna żvelat kemm għamlet xita tul l-aħħar 5 snin:
2017 – 62 millimetru
2018 -181 millimetru
2019 – 91 millimetru
2020 – 0.2 millimetri
2021 – 5 millimetri
B’hekk irriżulta li Frar ta’ 2020 kien “l-aktar Frar niexef ta’ kull żmien.” Min-naħa l-oħra, l-paġna żvelat li “Frar tal-1965 kien l-aktar Frar li fih għamlet xita meta tkejlu 188 millimetru ta’ xita.”
In-nuqqas ta’ xita kkawża ħafna problemi, fosthom dawk fir-raba. Jekk nibqgħu sejrin hekk, il-kampanja li fadlilna jaf tibda tixxotta aktar kmieni mis-soltu. X’inhuma l-ħsibijiet tiegħek dwar dan? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/It-Temp Madwarna