Illum proprju fil-festa tal-Kunċizzjoni l-Arċisqof laqa’ tliet seminaristi bħala kandidati għall-ordni sagri. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Archdiocese of Malta qasmu messaġġ rigward dan.
Huma qalu, “Waqt li llum il-Knisja tiċċelebra s-solennità ta’ Marija Immakulata, l-Arċisqof Charles Scicluna jfakkarna li t-tnissil ta’ Marija huwa prova li l-imħabba t’Alla mhix limitata miż-żmien. Meta Alla fl-imħabba tiegħu u fil-grazzja tiegħu jaħfrilna dnubietna jkun qed jidħol fil-passat tagħna u jsalvah.”
Żiedu, “Waqt il-quddiesa, l-Arċisqof laqa’ tliet seminaristi bħala kandidati għall-ordni sagri. Talab sabiex l-‘iva’ ta’ Marija tkun eżempju għalihom tul ħajjithom kollu u dak kollu li jagħmlu, jagħmluh dejjem bi mħabba ta’ għotja.”
Awguri minn qalbna!