L-Attriċi Millie Bobby Brown Addottat It-Tieni Tarbija Tagħha

L-attriċi Millie Bobby Brown, li għad għandha biss 22 sena, ħabbret li addottat it-tieni tarbija tagħha, flimkien mar-raġel tagħha Jake Bongiovi. Fis-sajf tas-sena 2025 huma addottaw l-ewwel tifla tagħhom.

F’intervisti fil-passat, hi kemm-il darba semmiet li xtaqet tkun omm u li kellha l-viżjoni li taddotta. Din il-viżjoni kienet ilha magħha minn meta kienet tifla żgħira hi stess tilgħab bil-pupi, u tapprezza l-importanza tal-proċess tal-adozzjoni li kapaċi jbiddel il-ħajja ta’ tfal innoċenti. Minkejja dan, hi saħqet li xorta tikkunsidra li jkollha t-tfal bioloġiċi tagħha fil-futur.

Millie Bobby Brown hi magħrufa l-iktar għall-irwol tagħha fis-serje Stranger Things, fost diversi rwoli oħrajn f’films popolari. Ftit taż-żmien ilu hi kienet ukoll ġiet Malta għaliex kien qed jinħadem it-tielet film ta’ Enola Holmes f’pajjiżna, u Millie Bobby Brown kellha l-irwol prinċipali.

Nawgurawlha mill-qalb hekk kif ill-familja sabiħa tagħha tkompli tikber.

Ritratti:

Instagram / milliebobbybrown

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI