L-Attur Rowan Atkinson Magħruf Għall-Karattru Ta' Mr Bean Mistenni Jirritorna Dan Il-Milied

L-attur leġġendarju Rowan Atkinson li sar popolari madwar id-dinja kollha bis-saħħa tal-karattru komiku ta’ Mr Bean li kien ħoloq u interpreta hu stess mistenni jagħmel ir-ritorn tiegħu dan il-Milied.

Hu kien għamel l-aħħar dehra tiegħu fix-xena internazzjonali fl-2022 bis-serje ta’ 9 episodji Man vs Bee fejn il-karattru ewlieni interpretat minnu jkollu ġlieda ma’ naħla filwaqt li jkun qed jieħu ħsieb dar lussuża.

Issa Atkinson mistenni jirritorna proprju fil-11 ta’ Diċembru li ġej b’sensiela qasira li se ġġib l-isem ta’ Man vs Baby.

Is-sensiela mistennija tkun kontinwazzjoni ta’ Man vs Bee u se tikkonsisti ta’ 4 episodji, kull wieħed se jkun fih madwar 30 minuta.

View this post on Instagram

A post shared by Mr Bean (@mrbean)

Intom se ssegwu din is-sensiela l-ġdida fil-Milied?

Instagram / Mr Bean







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI