Fuq il-paġna tal-programm AWLA għadu kemm tħabbar avviż biex dawk kollha li jixtiequ jaqsmu xi storja jew esperjenza tagħhom, it-tim jinsab lest biex jirċevihom.
“Għandek stedina biex terġa’ tkun magħna f’AWLA. Ibgħatilna messaġġ fuq facebook – l-istorja tiegħek irridu nagħmluha tagħna,” jikteb it-tim ta’ Awla.
Il-preżentatur Ronald Vassallo ikompli mal-appell, “L-awla tagħna ser terġa’ tiftaħ dalwaqt. Issa anke inti tista’ tiġi u tgħid tiegħek. Jekk għandek xi storja jew esperjenza x’taqsam magħna, ibgħatilna messaġġ fuq Facebook. L-istorja tiegħek irridu nagħmluha tagħna.”
Bosta telespettaturi jinsabu ħerqana biex isegwu aktar stejjer fuq AWLA.
Facebook/ Awla