Diversi rapporti internazzjonali qed isemmu kif l-Awstrija jaf tagħżel li ma tospitax il-Eurovision tas-sena d-dieħla jekk l-Iżrael ma jitħallix jipparteċipa.
Dan hekk kif xi membri mill-partit politiku li jgawdi l-ikbar fiduċja fost l-Awstrijakki qed jagħmlu pressjoni sabiex il-pajjiż ma jospitax dan l-avveniment f'każ li l-Iżrael jitkeċċa.
Matul dawn l-aħħar ġimgħat qamet kontroversja hekk kif il-pajjiżi li s-soltu jieħdu sehem fil-Eurovision kienu maqsumin fil-fehma tagħhom dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżrael.
Dan kien wassal lill-EBU biex issejjaħ għal vot f'Novembru li ġej li għandu jiddetermina jekk l-Iżrael jitkeċċiex jew le.
Il-Eurovision tas-sena d-dieħla kien mistenni jsir fil-belt kapitali Awstrijakka ta' Vjenna biss bil-parteċipazzjoni tal-Iżrael għadha indeċiża għad hemm dubji jekk l-Awstrija hijiex se tospita dan l-avveniment annwali.
Intom x'taħsbu dwar dan?
Facebook / Holidays in Austria, Instagram / @iincredible_europe u Pexels