“L-Ebda Ġenitur Ma Jixtieq Li Jidfen Lil Uliedu, Għalhekk Lara U Sandro Jixtiequ Li Binhom Nate Jigi Kkremat” – Christine Pakkuwa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, ħabiba tal-qalb tal-familja taċ-ċkejken Nate qasmet appell lil dawk kollha li jistgħu jagħtu donazzjoni biex iċ-ċkejken Nate jiġi kkremat u jitnaqqas ftit il-piż minn fuq il-familja.

Hi qalet, “L-ebda ġenitur ma jixtieq li jidfen lil uliedu, għalhekk Lara u Sandro jixtiequ li binhom Nate jigi kkremat biex jibqa’ magħhom għal dejjem. Għalhekk, bħala ħabiba tal-familja nixtieq li ngħinuhom sabiex din ix-xewqa tkun ta’ inqas piż fuqhom.”

Żiedet tgħid, “Min jixtieq ikun t’għajnuna jista’ jibgħat id-donazzjoni tiegħu fuq 79206490 (BOV) jew 99276887 (Revolut). Grazzi mill-qalb u żommu lil din il-familja u ċ-ċkejken Nate fit-talb tagħkom. Jistrieh fil-paċi.”





Facebook/Danielle Etim Akpan 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI