Ir-re tal-belt, ir-rapper li saħħar lil kulħadd u l-artist li ħalla impatt fuq it-telespettaturi ta’ X Factor Malta, Owen Leuellen jiċċelebra għeluq sninu illum.
F’għeluq it-22 sena ommu tiktiblu messaġġ ħelu fuq il-profil tiegħu. “Nawguralek ġurnata sabiħa f’għeluq sninek lil ibni l-għażiż, taf li ebda kliem ma jiddeskrivu l-imħabba kbira li għandi lejk. Inħobbok ħafna”. Lueullen bħalissa qed ikompli jaħdem fuq materjal ġdid li għandu jiġi ppublikat dalwaqt. Sadanittant dan hu togħma żgħira ta’ x’beħsiebna nisimgħu.
Awguri Leuellen!