“Wisq telfiet. Wisq qlub maqsuma. Wisq dmugħ. Wisq vojt. Wisq weġgħat.” Dan kien kliem Jackie Bartolo ftit sigħat ilu hekk kif tilfet persuna oħra għażiża fil-familja tagħha.
Jackie diġà għaddiet minn telfa kbira f’jum il-Milied li għadda hekk kif ħallietna ommha Jane. It-telfa taz-Zija Mary kienet aħbar kerha oħra. ‘L-eba risposta mhi qatt ser tkun biżżejjed biex ittaffi din il-ħolma kerha. Strieħ fis-sliem Zija Mary, għannaq lil ommi u liz-zija Gladys malli tiltaqa’ magħhom fil-ġenna”.
Kondoljanzi lil Jackie u lill-familja kollha. Strieħ fis-sliem Mary.