Jissemma Li T-Trasport Pubbliku Jaf Ma Jibqax B’Xejn Għal Persuni Minn Pajjiżi Terzi

It-trasport pubbliku mhuwiex se jibqa' bla ħlas għal persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi, skont kif irrappurtat dalgħodu mis-sit Times of Malta.

Ġie spjegat kif din il-miżura mistennija tiddaħħal fis-seħħ mis-sena d-dieħla u se tkun qiegħda taffetwa lil persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea u m'għandhomx lanqas permess ta' residenza fit-tul f'pajjiżna.

Matul dawn l-aħħar sigħat, dwar dan tqanqal dibattitu sħiħ fuq il-midja soċjali hekk kif kulħadd qed jesprimi l-fehma tiegħu.

Intom x'taħsbu dwar din il-miżura li qed tissemma?

Ritratt:

Facebook / Tallinja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI