“L-Ewwel Milied Mingħajrek, Tessa… Dan Il-Milied Għalina Jinħass Verament Vojt!” – Il-Ġenituri Ta’ Tessa

Il-ġenituri tal-mibkija Tessa esprimew l-uġigħ tagħhom hekk kif dan għalihom huwa l-ewwel Milied mingħajr binthom. Sfortunatament, iċ-ċkejkna Tessa ta’ 4 snin ħalliet din id-dinja x-xahar li għadda wara li tilfet il-ġlieda tagħha kontra kundizzjoni magħrufa bħala Nemaline Myopathy.

“Għalina dan il-Milied jinħass verament vojt… kemm nixtiequ li ninsabu maġenbek l-isptar, Tessa, niċċelebraw il-Milied bl-istess mod li ċċelebrajnih f’dawn l-aħħar 4 snin,” kitbu l-ġenituri b’diqa.

Huma fissru kif isibu biss il-wens meta jaħsbu fil-memorji li kellhom ma’ binthom u saħqu li se tibqa’ għal dejjem f’qalbhom.

Strieħ fis-sliem, Tessa!







Ritratti:

Facebook / Together for Tessa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI