“L-Ewwel Operazzjonijiet Kirurġiċi Fit-Teatru Ta’ Ċensu Moran” – Il-Ministru Ian Borg

Ian Borg

Il-Ministru għas-Saħħa Ian Borg, permezz ta’ post fuq il-midja soċjali akkumpanjat minn ritratt meħud fit-teatru tal-operazzjonijiet, ħabbar li saru l-ewwel interventi kirurġiċi fiċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid.

"Illum l-ewwel operazzjonijiet kirurġiċi fit-teatru ta’ Ċensu Moran. Aktar operazzjonijiet. Kura eqreb lejk," kiteb il-Ministru Borg.

Fir-ritratt jidher tim ta’ professjonisti mediċi waqt li qed iwettaq operazzjoni, f’kamra mgħammra b’apparat mediku modern.

Iċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid huwa l-ewwel ċentru ta’ kura sekondarja f’Malta, li joffri servizzi speċjalizzati u kumplimentari, filwaqt li jġib il-kura eqreb lejn il-komunità u jippromwovi saħħa aħjar għal kulħadd.

Il-pazjenti jkunu jistgħu jingħataw kura u trattamenti speċjalizzati f’dan iċ-ċentru.

Ritratt:

Facebook/ Ian Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI