L-ewwel ta’ Frar tal-2021 se jkun jum li l-preżentatur Ivan Gaffiero ħa jibqa’ jgħożż. Fil-fatt illum bdiet l-avventura tiegħu ġewwa l-ħanut tiegħu.
“Illum l-1 ta’ Frar nitla’ tarġa oħra fil-ħajja tiegħi. Pass kbir ieħor li llum fit-8am nibda nilqa’ l-ewwel klijenti fil-ħanut tiegħi… sinċerament ninsab emozzjonat ħafna. Mhux faċli li saret dil-holma fi żmien biss xahar”
Ivan jgħid kemm din ħa tkun opportunit għalih biex jiltaqa’ iżjed mill-viċin man-nies u jkun aktar qrib ta’ persuni li jħobbuh. Jirringrazzja mill-qalb lil kull min jinsab dejjem warajh biex jagħtieh l-appoġġ.
Awguri għal aktar għażiż!