Bħal-lum 15-il sena ilu ma kinitx ġurnata sabiħa għall-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat, meta sfortunatament tilfet lill-għażiża ommha Polly.
“L-għażiża ommi Polly Muscat li illum għalqet 15-il sena li ħallietna. Ma, ħmistax-il sena ilu. Ma ninsa qatt. Rajtek tieħu l-aħħar nifsijiet f’dirgħajja wara attakk tal-qalb ħdejn il-baħar.”
Tiddeskrivi lil ommha Polly bħala mara b’qalb tajba u b’qalb kbira. “Inħobbok Ma… Bħalek qatt u ħadd… Inħobbok wisq u bħalek qatt ma sibt u mhux se nsib.”
Kuraġġ dejjem Maria. Min jaf kemm qed tagħmilja kburija bik. Insellmu l-memorja ta’ Polly.