Riċentament, il-futboler Għawdxija Maria Farrugia, li tilgħab ukoll mat-tim nazzjonali, ffirmat kuntratt ma’ Bristol City għal 7 snin. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-politikant Għawdxi Beppe Galea kiteb dwar dan.
Hu qal, “Is-suċċessi għal Maria Farrugia ma jieqfux. Tkompli tagħmilna kburin hekk kif għadha kemm iffirmat kuntratt ma’ wieħed mill-aktar klabbs Ingliżi ta’ suċċess fil-futbol femminili, Bristol City Women’s FC, li fil-passat riċenti saħansitra lagħab fil-UEFA Champions League tan-nisa.”
Żied jgħid, “Għawdxija, ħabiba u fuq kollox role model għal kull tifla li taspira li tkun suċċess fuq livell internazzjonali.”
Prosit kbira, Maria! Ninsabu wisq ferħanin għalik u kburin bik!