“L-Għaxqa Tiegħi Meta Ma’ Ommi, Missieri U Familti Konna Nitilgħu Fuq Il-Bejt U Naraw Il-Murtali Ta' Ħal Lija” – Maria La Barokka Muscat

Maria La Barokka Muscat kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament lil Ivan Gaffiero u bintu Tiziana fuq il-paġna uffiċjali tagħha, talli bis-saħħa tagħhom kellha ċ-ċans iġġedded memorji għal qalbha ħafna mit-tfulija.

Hi kitbet, “Meta kont żgħira, l-għaxqa tiegħi meta ma’ ommi, missieri u familti konna nitilgħu fuq il-bejt u naraw il-murtali ta’ Ħal Lija… Ilbieraħ ġeddidt dawn il-memorji sbieħ ta’ lokalità oħra grazzi għal Ivan Gaffiero u bintu Tiziana Gaffiero. Nimmissja wisq dan iż-żmien ħelu u kemm huma bravi l-artisti Maltin tal-piroteknika li jpaxxuna b’dawn l-ispettakli fl-ajru.”

Xi kliem sabiħ u sinċier ġej mill-qalb! Dan il-mument żgur se jibqa’ mnaqqax f’qalbha għal dejjem!





Facebook / Maria La Barokka Muscat



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI