“L-Għażiż Archie Qed Ifittex Id-Dar Dejjiema Tiegħu” – Animal Welfare Gozo

L-Animal Welfare Gozo qed tistaqsi jekk hemmx xi ħadd interessat li joffri ħajja aħjar lil Archie, qattus li għandu biss 8 ġimgħat.

“L-għaziz u ħelu Archie qed ifittex id-dar dejjiema tiegħu,” huma kitbu. “Hu għandu madwar 8 ġimgħat, huwa mlaqqam, u ħieles mill-briegħed u mid-dud. Archie huwa ċ-ċkejken tagħna; iħobb jitgeddes imgeżwer fil-kutri u b’ġugarell.”

“Ibgħatilna messaġġ jekk tixtieq toffri dar mimlija mħabba lil Archie. Ma naċċettawx talbiet permezz tal-kummenti. Jista’ jiġi adottat b’xejn.”

Ritratt:

Facebook / Animal Welfare Gozo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI