“L-Għażiża Ommi Għadha Kemm Ħallietna” – Kondoljanzi Lill-Preżentatur David Muscat

David Muscat

Ilbieraħ il-preżentatur lokali David Muscat ħabbar fuq il-midja soċjali li l-għażiża ommu ħalliet din id-dinja. Il-messaġġ tiegħu kien wieħed qasir iżda mimli emozzjoni, fejn jinforma lill-ħbieb u lis-segwaċi tiegħu dwar din it-telfa.

F’dan il-mument tant diffiċli, David talab lil dawk kollha li jsegwuh biex iżommu lil ommu fit-talb tagħhom, filwaqt li jitolbu wkoll għalih u għall-familja tiegħu sabiex isibu s-saħħa u l-faraġ f'dawn il-mumenti.

Jirringrazzja lil dawk kollha li wrewlu mħabba u appoġġ, u li qed iżommuhom fi ħsibijiethom u fit-talb tagħhom. F’isem it-tim ta' Gwida.mt insellmu l-memorja tal-għażiża ommu u nwasslu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lil David u lill-familja kollha tiegħu.

Post: Facebook/ David Muscat

Ritratt:

Facebook/ David Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI