Bħal-lum 47 sena ilu, jum li sebaħ bi bnazzi liema bħalu spiċċa f'traġedja li ħasdet il-ħajja ta' erba' persuni li tkaxkru mal-widien u għerqu meta feġġet maltempata qalila li laħqet il-qofol tagħha proprju fis-sigħat ta' waranofsinhar, meta bosta kienu qed jirritornaw lejn darhom wara li temmew il-ġurnata tax-xogħol.
Dalgħodu l-paġna 'It-Temp Madwarna' fakkret il-memorja ta' dawn l-erba' vittmi u spjegat f'iżjed dettall kif dakinhar niżlet iżjed minn 200 millimetru ta' xita f'temp ta' ftit sigħat, bil-lokalità ta' Ħal Qormi kienet l-iżjed waħda milquta f'dik il-maltempata.
L-erba' vittmi ta' din it-traġedja kienu Vivien Huntingford ta' 55 sena, Loraine Wales ta' 39 sena, Anthony Galea ta' 64 sena u John Herbert Moore ta' 51 sena.
Jistrieħu fis-sliem!
Facebook / Malcolm Zammit u Pexels