Ilbieraħ The Malta Records ġew mistiedna f’residenza privata fejn preżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin.
“L-ikbar kollezzjoni ta’ Ayrton Senna fil-gżejjer Maltin, b’total ta’ 376 oġġett differenti. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Brian Saliba u l-kollezzjoni tinsab f’residenza privata fil-Mellieħa.”
Għal Brian, Ayrton Senna huwa idolu. Huwa sewwieq li kien tilef ħajtu f’inċident sfortunat waqt tellieqa tal-Formula 1 f’Imola fl-1994.
Fost il-kollezzjoni Brian għandu ħwejjeġ, brieret, bustijiet, figurini, funko pops, manikini, inkwatri, xalel, elmijiet, DVDs, CD, kotba, magna, mudelli tal-karozzi, badges, midalji, key chains, bottijiet, tajers, sterings, half scale nose cones, firma oriġinali, wrist bands, cavers tal-mowbajls, basket, maggijiet u par ingwanti.
The Malta Records jirringrazzjaw lil Brian talli stedinhom f’daru u awgurawlu.