Il-Milied f’Malta jfisser laqgħat mal-familja, festini tax-xogħol u ċelebrazzjonijiet mal-ħbieb! Iżda b’tant affarijiet x’torganizza, l-aħħar ħaġa li tkun trid hi li tqatta’ sigħat sħaħ fil-kċina tipprepara l-ikel! Fortunatament, Maypole għandha s-soluzzjoni perfetta għall-festin tal-Milied tiegħek!

Bizzilla Set Menu
Kemm jekk qed torganizza festin tal-Milied fuq il-post tax-xogħol, ikla mal-familja jew serata festiva mal-ħbieb, il-Party Set Menus ta’ Maypole joffru għażla varjata ta’ ikel delizzjuż li żgur se jogħġob lill-mistednin tiegħek.

Luzzu Set Menu
Minn canapés, prawn barquettes u roast beef tortilla pinwheels, sa għażliet sħan bħal mini chicken burgers, American hot dogs, rabbit spring rolls u qassatat tradizzjonali, hemm xi ħaġa għal kull gost!
Mela din is-sena, insa l-istress tal-preparazzjoni tal-ikel u gawdi aktar ħin mal-għeżież tiegħek. Ħalli lil Maypole tieħu ħsieb l-ikel!

Ħabbata Set Menu
Hemm Sorpriża Ħelwa Oħra Għalik!
Biex il-festin tiegħek ikun saħansitra aktar speċjali, Maypole qed toffri rigal ħelu għal dawk li jordnaw matul Novembru! Meta tordna wieħed mill-Party Set Menus Luzzu jew Ħabbata, se tirċievi trej ta’ 23 Raffaello Profiteroles b'xejn! Din l-offerta hija valida sat-30 ta’ Novembru 2026, sakemm jispiċċa l-istokk. Japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet.
Mhux hekk biss! Maypole toffri wkoll delivery b'xejn, biex ikollok ħaġa inqas dwar xiex tinkwieta! Tħallix l-organizzazzjoni tal-ikel għall-aħħar minuta! Ħalli lil Maypole tieħu ħsieb il-menu, filwaqt li int tgawdi l-atmosfera tal-Milied mal-familja, mal-ħbieb u mal-kollegi tiegħek.
Ċempel fuq 2258 1581 jew żur www.maypole.com.mt biex tagħmel l-ordni tiegħek u tgawdi t-trej Raffaello Profiteroles B’XEJN! Japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet.
Facebook / MAYPOLE