“L-Imħabba Vera M’Għandhiex Għalfejn Titkellem Biex Tinftiehem” – Ivan Bartolo B’Messaġġ Dwar L-Importanza Tal-Kelba F’Ħajtu

Xi kultant, meta l-bniedem iħossu waħdu, annimal jista’ jsir l-aktar kumpanija sinċiera li jista’ jkollu. Dan hu l-ħsieb emozzjonali li qasam Ivan Bartolo f’jum speċjali għal Pink, il-ħabiba fidila tiegħu li għalqet 15-il sena.

Bartolo, dwar kif l-annimali ma jiġġudikawkx u lanqas ma jħarsu lejn dak li għandek jew lejn dak li tista’ tagħtihom. Huma sempliċement ikunu hemm. Jaqraw is-skiet tiegħek, iħossu d-dwejjaq tiegħek u jibqgħu ħdejk tul ħajtek kollha.

Skontu, f’dinja fejn ħafna relazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati fuq interessi, l-annimali jgħallmuna lezzjoni importanti dwar l-imħabba vera: m’hemmx għalfejn titkellem biex tinftiehem.

Proprju Bartolo f’dan isib is-sbuħija tal-kumpanija ta’ annimal, speċjalment f’mumenti ta’ solitudni jew weġgħa. Xi kultant ma jkollokx bżonn parir, iżda sempliċement lil xi ħadd li joqgħod ħdejk u jibqa’ hemm.

Illum, Pink tagħlaq 15-il sena, u Bartolo ifakkar 15-il sena ta’ mħabba bla kundizzjoni, ferħ, kumpanija u lealtà.

“Pink ma kinitx sempliċement annimal f’ħajti, imma parti minn qalbi,” kiteb Bartolo, qabel irringrazzjaha għal 15-il sena ta’ mħabba

Ritratti:

Facebook/Ivan Bartolo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI