L-Ingilterra Tikkonsidra Li Toħroġ Mill-Eurovision Wara R-Riżultati Diżappuntanti Tagħha Fis-Snin

Wara li s-Sibt li għadda l-Ingilterra kklassifikat fl-aħħar post fil-Eurovision Song Contest, fost il-poplu Ingliż tqanqal dibattitu dwar jekk il-pajjiż għandux jagħżel li jieqaf jieħu sehem.

Id-dibattitu tqanqal mill-programm ‘Good Morning Britain’ li hu wieħed mill-iżjed programmi ta’ filgħodu popolari fost l-Ingliżi.

Il-preżentaturi ta’ dan il-programm semmew kif fis-snin riċenti, l-Ingilterra ġiet fl-aħħar post darbtejn oħra apparti s-Sibt li għadda; fl-2019 u fl-2021. Huma saħqu li dan ir-riżultat hu wieħed umiljanti għall-Ingilterra u kien għalhekk li staqsew din id-domanda.

Għadd ta’ Ingliżi ġew ukoll mistoqsija dwar il-futur tal-Ingilterra fil-Eurovision, b’85% qalu li jaqblu li pajjiżhom m’għandux jibqa jieħu sehem filwaqt li l-15% l-oħra oġġezzjonaw u sostnew li xorta jemmnu li l-Ingilterra għandha tieħu sehem.



Is-Sibt li għadda l-Ingilterra ngħatat punt wieħed biss mill-voti tal-ġurija, b’mod speċifiku mill-Ukrajna, filwaqt li mit-televoting ma ħadet l-ebda punt.





Ritratti:

YouTube / Eurovision Song Contest

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI