Matul is-snin kellna diversi preżentaturi u kantanti maħbuba li qraw il-voti. Il-preżentatriċi u personalità magħrufa tax-xandir lokali Mya Scicluna se tkun qed taqra l-voti għal Malta waqt il-finali tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.
Il-finali ser jixxandar illejla, b’25 pajjiż jikkompetu. Mya ser tkun fost 35 qarrejja tal-voti minn pajjiżi li pparteċipaw din is-sena.
Mya Scicluna hija magħrufa sew fix-xena lokali tar-radju u t-televiżjoni, fejn matul is-snin bniet reputazzjoni b’saħħitha grazzi għall-personalità enerġetika tagħha u l-mod naturali kif tikkomunika mal-udjenzi Maltin.
L-esperjenza tagħha fid-dinja tax-xandir u tad-divertiment għamlitha waħda mill-aktar uċuħ familjari fil-media Maltija, u kienet għażla naturali biex tkun hi li taqra l-voti għal Malta.
Mya