Fuq il-paġna ta’ the Malta Records, tħabbar rekord ġdid li għandu x’jaqsam mal-ikel
Kitbu, “The Malta Records illum konna preżenti fir-raħal pittoresk ta’ Ħal Għargħur sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid waqt programm televiżiv. L-iqsar ħin biex persuna tiekol platt għaġin b’użin ta’ 150 gramma li jinkludi l-għaġin u z-zalza. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Ian Busuttil Naudi f’ħin ta’ minuta u 49.40 sekondi.”
Żiedu jgħidu, “Ir-rekord sar waqt il-programm ‘Bonġu Malta’ li kien imxandar dirett minn Ħal Għargħur fuq l-istazzjon nazzjonali televiżiv TVM. Tajjeb ngħidu li mill-vidjos li bagħtilna Ian, il-ħin tiegħu kien ta’ ftit sekondi. Il-problema prinċipali ta’ Ian kienet li waqt li beda jistenna, l-għaġin laħaq kesaħ. Ian deċiż li fil-ġranet li ġejjin jegħleb dan ir-rekord.”
Komplew jispjegaw, “Fil-fatt The Malta Records se nkunu qed nerġgħu niltaqgħu ma’ Ian u wara li jsiru l-preparamenti u verifiki, niffilmjaw it-tentattiv mill-ġdid. Ħajr speċjali lil Mariah Meli, is-sindku ta’ Ħal Għargħur, li għenet sabiex il-programm Bonġu Malta għal darb’oħra kien suċċess u anke tat l-appoġġ tagħha waqt dan ir-rekord.”
Facebook / The Malta Records