Illum jiċċelebra għeluq sninu l-Membru Parlamentari Għawdxi Alex Borg, figura magħruf mhux biss għall-kontribut politiku tiegħu, imma wkoll għall-preżenza pożittiva u ispirazzjoni li jagħti lil ħafna żgħażagħ madwar Malta u Għawdex.
Bosta jiftakru wkoll lil Alex f’irwol differenti, hekk kif fl-2020 rebaħ it-titlu ta’ Mr World Malta u rrappreżenta lil pajjiżna f’waħda mill-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi fid-dinja.
F’dan il-jum speċjali, Alex jaqsam messaġġ personali flimkien ma’ ritratt, fejn jgħid: “Minkejja li llum huwa għeluq snieni, il-ħidma tkompli. L-isbaħ rigal li nista’ naqla’ huwa proprju li niltaqa’ magħkom u nisma’ mingħandkom.”
F’isem it-tim kollu ta’ Gwida, nixtiequ nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’din l-okkażjoni sabiħa. Nittamaw li jkollu ġurnata mimlija mumenti sbieħ, u sena ġdida ta’ ħajja mimlija saħħa, hena, kisbiet, u paċi f’qalbu. Awguri Alex – illum niċċelebraw lilek!