L-aħħar pazjent tal-Covid-19 ġo Victoria l-Awstralja ħareġ mill-isptar u ressaq lil Victoria aktar viċin li jelimina uffiċjalment il-virus. Huwa maħsub li hu kien l-aħħar każ pożittiv f’dan l-istat. L-aħħar darba li l-isptarijiet ta’ Victoria kienu ħielsa mill-każijiet tal-Covid kien fil-21 ta’ Frar.
Huma ilhom ma jirreġistraw infezzjoni ġdida minn Ottubru. Daniel Andrews, li jmexxi l-istat ikkonferma li r-raġel, li kien l-uniku każ attiv li baqa’ fl-istat, rebaħ fuq il-virus ħareġ miċ-Ċentru Mediku Monash ilbieraħ.
We’re happy to confirm that there were 0 new cases, 0 lost lives and 0 active cases reported yesterday. 9,960 test results were received – thank you, #EveryTestHelps. More detail: https://t.co/pcll7ySEgz#StaySafeStayOpen #COVID19Vic pic.twitter.com/axPlsu830H
— VicGovDHHS (@VicGovDHHS) November 23, 2020
“Din hija ġurnata sinifikanti ħafna, u kull Vittorjan jista’ jkun kburi bil-parti li lagħab meta għeleb it-tieni mewġa,” qal is-Sur Andrews. Il-mara tar-raġel, li kienet ukoll iddaħħlet l-isptar bil-virus, inħarġet il-ġimgħa li għaddiet.
Is-Sur Andrews qal li għalkemm din aħbar sabiħa, wissa li wieħed għandu xorta joqgħod attent kif l-istat jibda jiftaħ l-affarijiet bil-mod. Dan huwa ‘l bogħod milli jispiċċa, anke mingħajr każijiet attivi, prestazzjoni qawwija ta’ ttestjar u nies li qed jagħmlu minn kollox biex nibqgħu nirbħu fuq dan il-virus.
“Sakemm jasal vaċċin, din se tkun xi ħaġa li tinsab magħna għall-futur prevedibbli.”