Illum jimmarka sena minn meta tfaċċa l-ewwel każ tal-Covid-19 f'Wuhan, fiċ-Ċina. Filwaqt li d-dinja kienet se tisma’ dwar ‘virus ġdid’ fit-8 ta' Diċembru 2019, informazzjoni uffiċjali tal-gvern Ċiniż uriet li l-ewwel każ magħruf tal-Covid-19 ġie ntraċċat lura għas-17 ta’ Novembru, 2019.
Dawn huma kif ġraw l-affarijiet:
- Fit-13 ta’ Jannar, l-ewwel każ tal-Covid-19 barra ċ-Ċina ġie kkonfermat fit-Tajlandja.
- Ġimgħa wara biss, il-virus kien infirex madwar iċ-Ċina u għal numru ta’ pajjiżi oħra, inklużi l-Ġappun, il-Korea t'Isfel u l-Istati Uniti.
- Fit-28 ta’ Jannar, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ddikjarat "emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali”.
- Fil-lejl tas-6 ta’ Marzu, Malta rreġistrat l-ewwel każijiet tagħha tal-Covid-19, u bdiet b’tifla Taljana ta’ 12-il sena.
- Sal-11 ta’ Marzu, bil-virus misjub f'kull kontinent ħlief l-Antartika, il-WHO ddikjarat li l-Covid-19 issa kienet kibret għal pandemija.
- Issa, fil-ħin tal-kitba, it-total globali ta’ każijiet irreġistrati jammonta għal 55,349,954, b'1,332,328 imwiet attribwiti lil Covid-19.
Il-gżejjer tagħna s’issa rreġistraw total ta’ 8,247 każ tal-Covid-19, u 101 imwiet relatati mal-virus.
Business Insider