Illum, Mark u Eileen jiċċelebra 8 snin miżżewġin. Il-koppja ilhom flimkien ħafna aktar. Infatti Eileen tikteb, “Qisu lbieraħ. 8 snin ilu bħal-lum kellna ċ-ċerimonja tat-tieġ. Imma l-iva lil xulxin konna ġa għidnieha 30 sena qabel.”
Eileen tkompli tgħid, “Ups kellna ħafna u bħal kulħadd kellna d-downs tagħna wkoll. Imma ma nbiddel xejn kieku nista’. Jien u Mark id-dell ta’ xulxin. Fejn hemm Mark hemm Eileen u fejn hemm Eileen hemm Mark. Nitlob lill-Bambin jislifna l-għomor biex nibqgħu ngawdu lil xulxin kemm nistgħu.”
Aħna f’isem Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali għalihom. Ċertament li għandhom tant u tant memorji sbieħ minn dan il-jum għażiż li kellhom ix-xorti jiċċelebrawh ma’ binthom Christine li bħalissa tinsab tqila u qed tistenna t-tieni tarbija tagħha.
Facebook / Eileen Montesin