Il-Kunsill Lokali Mosta feraħ lit-tifel Mosti Sam Zammit Schembri wara li ġie rikonoxxut minn Malta Records bħala l-iżgħar fratell li qatt ħa sehem f’purċissjonijiet ta’ festi ġewwa knejjes madwar Malta, bl-akbar ammont ta’ servizzi.
Dan l-unur jirrifletti dedikazzjoni u entużjażmu rari għal età tant żgħira, u jagħti eżempju sabiħ ta’ kif it-tradizzjonijiet Maltin jistgħu jitħaddnu minn età bikrija.
Sam beda jagħti s-servizz ta’ fratell meta kellu biss sentejn u 7 xhur, u sa meta laħaq l-età ta’ 4 snin u xahrejn kien diġà għamel 31 servizz.
Dan l-impenn impressjonanti juri kemm għandu mħabba kbira lejn il-festi u t-tradizzjonijiet reliġjużi Maltin.
Il-Kunsill Lokali Mosta awguralu għal din il-kisba u faħħar l-eżempju pożittiv li qed jagħti fil-komunità.