Il-paġna Parroċċa San Sebastjan kitbet dwar talb li ħa jsir biex isellmu l-memorja ta’ Mons. Dun Vinċenz Deguara.
“Il-Parroċċa tħeġġeġ lil kulħadd sabiex illum u għada fis-18:00 ninġabru lkoll flimkien bħala komunità parrokkjali ħalli nimmeditaw it-talba tar-Rużarju u noffruhom għal ruħ Mons. Dun Vinċenz Deguara, eks-Kappilan tal-Parroċċa tagħna, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem ilbieraħ filgħaxija.”
Wara t-talba tar-Rużarju dawk li jattendu jirċievu l-Barka Sagramentali waqt li fis-18:30 jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija bl-istess intenzjoni.
“Ilkoll imħeġġa sabiex nitolbu għal ruħ Dun Vinċenz u issa nafdawh taħt il-ħarsien sigur tal-Madonna u tal-patrun tagħna San Sebastjan Martri waqt li jdaħħluh fis-Saltna tal-Missier fejn hemm jistrieħ għal dejjem fl-eternità.”
In-nies huma mistiedna jxerrdu dan l-avviż ħalli jkun hemm konkorrenza tajba.