“Kieku Għadek Magħna, Illum Kont Tagħlaq Sninek, Ma. Nimmissjak Kuljum.” – Miriana Calleja Testaferrata De Noto

F’kitba mimlija emozzjoni u nostalġija, Miriana Calleja Testaferrata de Noto qasmet tifkira personali u intima f’jum speċjali li jfakkar lil ommha.

Fil-messaġġ tagħha, Miriana tiftakar mument sempliċi iżda sinifikanti minn meta kienet għadha żgħira, meta kienet ġiegħlet lil ommha tilbes u tagħmel il-make-up biex tiċċelebra għeluq sninha b’kejk modest fil-kċina. Memorja li, minkejja s-sempliċità tagħha, tibqa’ mnaqqxa fil-qalb.



“Hekk niftakarha ċara din il-ġurnata…,” kitbet Miriana, waqt li esprimiet kemm tħoss in-nuqqas ta’ ommha fil-ħajja ta’ kuljum.



Illum, f’jum li kien ikun jum għeluq snin ommha, Miriana għażlet li tfakkarha b’messaġġ mimli mħabba u niket: “Kieku għadek magħna, illum kont tagħlaq sninek, Ma. Nimmissjak kuljum. Awguri fis-sema.”

Dan il-messaġġ laqat lil ħafna li segwewha, b’ħafna jidentifikaw ruħhom ma’ din it-tip ta’ mħabba li tibqa’ anke wara t-telfa. Tifkira sabiħa li turi kif il-memorji żgħar jistgħu jsiru l-aktar teżori kbar li nibqgħu nġorru magħna tul ħajjitna.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI