“L-Iżgħar Tifel Malti Fix-Xena Tal-Hip Hop Li Laħaq Dan Il-Livell… Mamà u Papà Huma Kburin Ħafna Bik” – Liston Bongailas

Liston u ibnu

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda Kane Lee, li hu iben Liston Bongailas, kiseb suċċess ġewwa l-Greċja waqt All Styles ‘Prove You’re a Pro’ fil-kategorija tat-tfal, Under 9.

Kane fil-fatt ġie fit-tieni post kontra r-Rumanija f’livell internazzjonali f’din il-kategorija/

“Huwa kkompeta b’passjoni u qalb pura, u tniżżel fl-istorja bħala l-iżgħar tifel Malti fix-xena tal-hip hop li laħaq dan il-livell.”

Liston jagħlaq billi jikteb, “Wera lid-dinja x’inhi d-dedikazzjoni. Aħna kburin ħafna li narawk tiddi, ċkejken. Il-Mamà u l-Papà huma kburin ħafna bik, champion

Prosit kbira Kane Lee! Nawgurawlek ħafna aktar suċċessi!







Ritratti:

Facebook/ Liston Bongailas

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI