L-MSPCA Għandom Bżonn L-Għajnuna Għal Xi Klieb – Araw Kif Tistgħu Tgħinu

Ilbieraħ fil-5:30, l-MSPCA ġabru żewġt iklieb li kienu fi stat ħażin. Dawn tawhom l-isem ta’ Zeus u Meg.

Fuq il-paġna tagħhom l-MSPCA urew id-diżappunt tagħhom minħabba l-istat li nstabu fih dawn iż-żewġt iklieb. “Tistgħu tgħoddu l-għadam tagħhom! Il-kelb mimli marki ta’ gdim u marki oħra li juru li possibilment kien jintuża bħala ‘bait dog’,” kitbu l-MSPCA. Issa dawn il-klieb ġew eżaminati minn vet u ħarġu pożittivi għall Parvo and Giardia, tip ta’ infection.

L-MSPCA qed jitolbu biex min jista’ jgħinhom u jibgħat xi donazzjoni fuq in-numru 7953 0468 fuq BOV Pay. Għandhom bżonn ukoll xi ikel apposta minħabba l-infection li għandhom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI