L-MTA Tgħid Li Malta Tista’ Tara 700,000 Turist Bejn Lulju u Diċembru

F’kummenti lill-portal tan-negozju lokali WhosWho.mt, il-president tal-MHRA u l-lukandier Tony Zahra żvela li t-turiżmu fil-Gżejjer Maltin jista’ fl-aħħar jibda jirkupra wara l-Coronavirus. Hu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed ibassru li l-gżira se tilqa’ 700,000 turist bejn Lulju u Diċembru. 2020.

View this post on Instagram

A post shared by Visual Creators from Malta🇲🇹 (@lovemalta) on Jun 26, 2020 at 5:32am PDT

Jekk l-MTA hija korretta, 700,000 viżitatur bejn Lulju u Diċembru miżjuda mal-352,843 viżitatur li kellna bejn Jannar u Marzu 2020 ifisser total ta’ madwar 1,052,843 viżitatur għall-2020. Dan huwa inqas minn dak li kellna fl-2019, meta Malta laqgħet 2.8 miljun turist.

View this post on Instagram

A post shared by Visual Creators from Malta🇲🇹 (@lovemalta) on Jun 11, 2020 at 5:08am PDT

F’isem il-membri tal-MHRA u l-lukandiera, is-Sur Zahra qal li l-industrija lokali għandha “saqajha sew fuq l-art” rigward dak li għandha tistenna, iżda se tkompli taħdem ħafna biex tattira nies lejn il-gżejjer tagħna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI