L-Omm Żagħżugħa Kimberly Zammit Mistennija Tingħata L-Aħħar Tislima Nhar Il-Ħamis Li Ġej

Ilbieraħ ħarġet l-aħbar li ħalliet din id-dinja l-omm żagħżugħa ta’ 22 sena Kimberly Zammit wara li tilfet il-battalja tagħha kontra l-kanċer.

Nhar il-Ħamis li ġej, Kimberly mistennija tingħata l-aħħar tislima fit-15:00 fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina li tinsab fiż-Żurrieq, raħal twelidha.

“Kulħadd mitlub jilbes ilbies ċar,” saħqu l-familjari ta’ Kimberly.

Kemm-il darba matul ħajjitha waqt li kienet qiegħda tiġġieled il-kanċer, Kimberly saħqet li ma xtaqitx tmut appuntu sabiex tkun tista’ tieħu ħsieb lil bintha.





Strieħ fis-sliem, Kimberly!

Ritratti: Facebook / Josette Busutill



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI