Waqt ir-reality xow ta’ Popolin, il-preżentatur u attur lokali Salvu Mallia saħaq li fil-fehma tiegħu l-omm mhijiex tingħata l-ġieħ li jistħoqqilha. Sostna li minflok titħalla taħdem, l-omm għandha tiġi ssussidjata sabiex tkun tista’ trabbi lil uliedha.
Filwaqt li ddeskriva lill-omm bħala l-iżjed element importanti fl-umanità, Salvu wissa kif in-nuqqas ta’ ġieħ li qed jingħatalha qed iwassalha sabiex twelled inqas trabi u b’riżultat t’hekk, l-ispeċi umana qed tissogra li tiġi estinta.
Salvu saħaq li fil-fehma tiegħu l-omm għandha tkun dik li trabbi lill-ulied filwaqt li l-missier għandu jkun dak li jieħu ħsieb jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum għall-familja.
Fisser kif din l-isfida eżistenzjali għall-umanità tista’ tiġi riżolta biss “meta l-omm terġa’ ssir omm u l-missier jerġa’ jsir missier”.
Intom x’taħsbu dwar dan?
Facebook / Popolin u Pexels