Jidher li l-uffiċċju tal-kondotta tal-Pulizija ġewwa l-Floriana preżentament jinsab magħluq minħabba każ pożittiv li nstab. Skont diversi nies li żaru dan il-post, jidher li l-uffiċċju ilu magħluq kważi għal dawn l-aħħar ġimagħtejn.
L-uffiċċju jidher li kellu jingħalaq wara li ħareġ każ pożittiv ta’ impjegat ġewwa l-istess uffiċċju. Ir-responsabilità titlob li dan l-uffiċċju jingħalaq, jitnaddaf u l-ħaddiema ta’ ġo fih joqogħdu fuq kwarantina.
Nistennew li fil-jiem li ġejjin, dan l-uffiċċju jkun miftuħ mill-ġdid. Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil dawk li nstabu pożittivi fejqan ta’ malajr u nirringrazzjawhom għas-servizz tagħhom.
Facebook / The Malta Police Force