Dan ix-xahar il-membri parlamentari tal-Unjoni Ewropea mistennija jieħdu vot dwar il-miżati tal-bagalji li jinġarru f’ajruplani kummerċjali mal-passiġġieri abbord.
Jekk il-maġġoranza tivvota favur, dan iwassal sabiex il-kumpaniji tal-ajru li joperaw fil-kontinent Ewropew jiġu projbiti milli jimplimentaw kwalunkwe miżati li huma msejsa fuq il-piżijiet tal-bagalji li jġorru magħhom il-passiġġieri.
Snin ilu l-Ministru Spanjol għall-Affarijiet Barranin kien sostna li huwa inaċettabli li l-linji tal-ajru jiġu permessi jqarrqu bil-klijenti billi joffrulhom prezzijiet baxxi għall-biljett filwaqt li mbagħad joffru prezzijiet eżorbitanti għaż-żieda tal-bagalji.
X’taħseb dwar dan?