Bħal-lum 115-il sena ilu twieled l-eks Prim Ministru Malti Dr. George Borg Olivier li kien magħruf l-iżjed għall-kontribut tiegħu sabiex Malta saret indipendenti.
Għal diversi snin Dr. Borg Olivier serva bħala l-Prim Ministru ta' Malta fejn wassal lil Malta sabiex tikseb l-indipendenza fl-1964.
Hu ħalla din id-dinja fid-29 ta' Ottubru fl-1980 fl-età ta' 69. Ħafna kienu dawk li sellmu l-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali f'dan il-jum.
Insellmulek, Dr. Borg Olivier.