Illum tagħlaq sninha l-attriċi veterana tant maħbuba, Ines Farrugia. Sa mill-bidu tal-karriera tagħha Ines minn dejjem brillat, u rajnieha tieħu sehem f'produzzjonijiet lokali kemm dawk teatrali kif ukoll televiżivi.
Ines tibqa' tissemma għall-irwol li ħadmet waqt f'Baħar Wieħed fost l-oħrajn lura fl-1977. Ines kienet parti minn sensiliet bħal, Dejjem Tiegħek Becky, Saħta Fuq Uliedi, Gizelle, Katrina, F'Ġieħ L-Imħabba u Il-Klinika.
Riċentament hi ffurmat parti mill-kast għas-sensiliet KWIR fuq ONE u Il-Kliem Moħbi fuq GO Tokis.
Bosta atturi u personalitajiet lokali kitbu l-awgurju tagħhom għal Ines fuq il-midja soċjali, speċjalment dawk li tant ħadmu magħha mill-viċin.
Awguri mill-qalb Ines!
Facebook/ Ines Farrugia