“La Raqdet Valentina, Nistgħu Niċċelebraw R-Raba’ Anniversarju” – Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg U L-Maħbub Tagħha!

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg, ilbieraħ qasmet mument personali fuq il-mezzi soċjali tagħha, li għalkemm sempliċi, juri l-bilanċ li ħafna nisa fil-politika, u ġenituri b’mod aktar ġenerali, jippruvaw isibu bejn il-ħajja pubblika u dik privata. Fil-post tagħha, hija kitbet, “La raqdet Valentina, nistgħu niċċelebraw r-raba’ anniversarju bis-sushi. Xejn isbaħ mid-dar.”

Dan il-messaġġ żgħir iżda sinifikanti jagħti ħarsa lejn il-ħajja privata ta’ Buttigieg, fejn wara ġurnata mimlija responsabbiltajiet politiċi u pubbliċi, hija ssib il-mument biex tiċċelebra anniversarju personali b’mod sempliċi iżda sinifikanti, id-dar mal-persuna li tħobb, wara li binthom Valentina raqdet.

Il-post juri wkoll għarfien ta’ kemm affarijiet żgħar bħal ikla ta’ sushi fid-dar jistgħu jkunu prezzjużi, speċjalment għal ġenituri li jridu jaqsmu l-ħin tagħhom bejn familja, relazzjoni u xogħol. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom aktar snin ta’ mħabba, hena u saħħa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI