Leon Briffa Maħtur Co-Chair Fi Ħdan Il-European Democrat Students (EDS)

Leon Briffa ġie maħtur bħala Co-Chair tal-Permanent Working Group on European Identity and Demography fi ħdan il-European Democrat Students (EDS), l-akbar għaqda politika tal-istudenti fl-Ewropa u l-fergħa tal-istudenti tal-European People's Party (EPP).

Briffa, li bħalissa jservi bħala Viċi President tal-SDM, se jkun qed imexxi l-ħidma ta’ dan il-grupp ta’ ħidma flimkien ma’ rappreżentanti oħra Ewropej, b’enfasi fuq temi marbuta mal-identità Ewropea u d-demografija. Il-ħatra tirrappreżenta rikonoxximent tal-impenn tiegħu fil-qasam tal-politika u r-rappreżentanza tal-istudenti fuq livell internazzjonali.

Permezz ta’ dan ir-rwol il-ġdid, Briffa mistenni jkompli jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-SDM u l-EDS, filwaqt li jkompli jagħti vuċi lill-istudenti Maltin fid-diskussjonijiet li jsawru l-politika Ewropea. Il-ħatra tkompli wkoll tikkonferma l-preżenza dejjem aktar b’saħħitha tal-SDM fi ħdan il-fora Ewropej.

Din il-ħatra tasal ftit jiem biss wara li Krista Pisani ġiet eletta bħala Vice Chair tal-EDS, żvilupp li jkompli juri l-fiduċja li qed tingħata lir-rappreżentanti Maltin fi ħdan l-ogħla strutturi tal-European Democrat Students.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI