“Grata Għan-Nies Sbieħ U B’Talent Li Niltaqa’ Magħhom!” – Il-Preżentatriċi Dorianne Mamo

Dorianne Mamo

Lil Dorianne Mamo żgur li drajnieha twasslilna l-programm TVAM kull filgħodu mit-Tnejn sal-Ġimgħa matul l-iskeda. F'kull programm tiltaqa' ma' diversi persuni differenti li jkollhom storja jew esperjenza x'jaqsmu magħha u mal-pubbliku.

Dorianne hi preżentatriċi li tagħmel dan ix-xogħol b'passjoni u dedikazzjoni kbira, u kull meta preżentat TVAM jew kwalunkwe avveniment, dejjem wettqet dan b'mod tant professjonali.

Hi stess esprimiet fuq il-midja soċjali kemm ifisser għaliha dan l-irwol. "Ix-xogħol tiegħi jagħmel kollox aħjar; tant jien grata għan-nies sbieħ u b’talent li niltaqa’ magħhom!"

Prosit bħal dejjem Dorianne!

Ritratti:

Facebook/ Dorianne Mamo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI