Iż-Żmien Huwa l-Isbaħ Rigal Li Tista’ Tagħti Lil Xi Ħadd – Nicholas Briffa

Nicholas Briffa qasam riflessjoni dwar il-valur tal-imħabba, il-ħbiberija u r-rispett, filwaqt li sostna li dawn ma jitkejlux bi kliem sabiħ jew wegħdiet, iżda bl-azzjonijiet żgħar ta’ kuljum.

F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Briffa kiteb li aktar ma nikbru, aktar nifhmu li l-aktar sinjali ġenwini ta’ mħabba u rispett jidhru f’ġesti sempliċi. Semma fosthom il-ħabib li jistaqsik kif int mingħajr ma jkollu bżonn xejn mingħandek, il-persuna li tiftakar dettall minn konverżazzjoni li kellek magħha ġimgħat qabel, jew min isib ħin għalik minkejja li ħajtu tkun mimlija impenji.

Huwa rrimarka li kulħadd għandu responsabbiltajiet, inkwiet u affarijiet li jokkupawlu moħħu. Għalhekk, sostna li ż-żmien huwa wieħed mill-aktar rigali prezzjużi li persuna tista’ tagħti lil oħra. "Meta xi ħadd jagħżel li jagħtik parti mill-ġurnata tiegħu, ikun qed jagħtik xi ħaġa li qatt ma jista’ jerġa’ jieħu lura," kiteb.

Briffa temm ir-riflessjoni tiegħu billi qal li, fl-aħħar mill-aħħar, l-imħabba u l-ħbiberija ma jitkejlux minn kemm in-nies jgħidu li jimpurtahom, iżda minn kemm-il darba jġiegħluk tħoss li int tassew importanti għalihom.

Ritratti:

Facebook / Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI