Illum hija ġurnata speċjali għal Tamara Webb għax qed tiċċelebra għeluq sninha. F’dan il-jum Tamara taqsam ritratt ma’ żewġha Ken u ċ-ċkejkna Pixie.
Hi tikteb, “Anki jekk il-pjanijiet tal-vaganzi tagħna ġew ikkanċellati, li għalaqt it-30 sena billi nżomm it-tarbija tiegħi huwa dak kollu li qatt stajt xtaqt għaliha. Grazzi lil kulħadd għall-messaġġi sbieħ tagħkom u talli nħossni maħbuba.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Tamara l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali u nittamaw li jkollha sena mill-aqwa mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbha.
Facebook / Tamara Webb